Lokali Parlament

Is-settur marittimu għandu jerġa’ jitħaddem b’mod awtonomu minn awtoritajiet oħra


Ivan Castillo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella fil-parlament biex is-settur marittimu għandu jerġa’ jitħaddem b’mod awtonomu minn awtoritajiet oħra.


Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal li s-settur marittimu hu fost l-aktar setturi li fih hemm lok ta’ tkabbir fis-setturi kollha.


Hu kompla li fi Trasport Malta jrid kun hemm bażi soda biex jitwettqu l-proposti u appella biex il-ħaddiema f’dan is-settur jieħdu dak li ħaqqhom. Is-settur marittimu għandu jinqala’ minn ma’ Transport Malta bili jkun hemm iktar nies li jifhmu fis-settur u huma tekniċi.


Id-deputat Nazzjonalista appella biex terġa’ titwaqqaf l-Awtorità Marittima għaliex is-settur għandu jkun settur li jkun jopera indipendentament minn setturi oħra.


Hu semma’ l-problema tad-direttiva tal-UE msejħa ETS li tolqot lill-Port Ħieles fi żmien ftit ġimgħat oħra. Jekk il-gvern qed jaħseb issa fis-soluzzjonijiet, allura dan hu tard wisq.


Ivan Castilli tratta l-blue economy u qal li l-pajjiż qed jistenna gwida dwar fejn sejjer anki fil-kuntest ta’ ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għandu jagħti direzzjoni u gwida fis-settur marittimu. Hu qal li l-bandiera Maltija qed tikkontribwxxi €25 miljun għall-ekonomija iżda f’dan il-perjodu din ħadet tisbita kbira ‘l isfel.


Ivan Castillo qal li fis-settur tal-bunkering, il-pajjiż qed jitlef opportunità fejn anki tista’ tintuża r-riċerka għal tipi differenti ta’ fuels li bihom joperaw il-bastimenti, anki fil-futur. Id-deputat Nazzjonalista qal li dan is-settur jista’ jun il-pass li jmiss fil-pajjiż.


Ivan Castillo appella għal pjan ħolistiku fis-settur u qal li teżisti skills gap enormi fil-ħaddiema li hawn bżonn għas-settur kollu. Il-pajjiż għandu jantiċipa minn qabel dawn il-ħiliet. Hu kkritika l-fatt li hemm studenti tal-MCAST f’dan is-settur li ma jieħdux stipendji bħal sħabhom li jitgħallmu l-istess suġġett f’post ieħor.