Lokali Parlament

Jeħtieġ bidla fil-ħsieb u ideat ġodda fis-settur tal-propjetà


Albert Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li jeħtieġ bidla fil-ħsieb u ideat ġodda fis-settur tal-propjetà.


Hu qal li li aktar minn 82% tal-poplu huma sidien ta’ djarhom. Ikun skorret meta wieħed jipprova jagħti l-impressjoni li l-għajnuna lil dawk li jixtru l-ewwel propjetà hija xi ħaġa saret taħt dan il-Gvern.


Fil-passat kien il-Home Ownership Scheme, fejn diversi plots kienu jingħataw bi prezz sussidjat biex diversi kopji żgħażagħ setgħu jibnu d-dar tagħhom.


Kien hemm l-iskema ‘Sir sid ta’ darek’ biex l-inkwlini fl-apartamenti/terrace houses tal-gvern jinbiegħu b’prezz sussidjat. Diversi kellhom l-għażla ‘rent to buy’ fejn waqt li jħallsu l-kirja dovuta, qed jixtru l-apartament tagħhom.


Kien hemm ukoll ix-Shared Equity fejn il-first time buyers setgħu jixtru parti mid-dar u l-gvern jixtri l-parti l-oħra biex wara huma setgħu jixtru l-parti tal-gvern. Skema oħra biex tgħin lill-first time buyers kienet meta l-Awtorità tad-Djar tħallas lura l-VAT fuq numru ta’ xogħlijiet li jkunu saru fl-ewwel dar.


Kien hemm ukoll skema li titnaqqas t-taxxa tal-boll fejn ikun hemm bejgħ ta’ apartamenti għal għan soċjali.


Għaldaqstant, hija skorretta n-narrattiva tal-gvern li jgħid li l-ewwel għajnuna li qatt ntgħatat kienet meta fi 2017 il-Gvern kien ħareġ li jagħti €1,000 fis-sena għal 10 snin.


Hu qal li l-gvern mhux jinduna li din l-għotja waslet u qed tkompli twassal biex tkun waħda mill-raġunijjiet li l-prezzjijiet tal-propjetà komplew jizdiedu. Din l-għotja kompliet iżżid l-inflazzjoni tal-prezzijiet. Numru ta’ żviluppaturi u sidien tal-propjetà irraġunaw li jekk il-gvern kien se jgħin lill-kopji, allura riedu jbillu subajhom huma wkoll.


Ir-rapport tal-KPMG jagħti diversi eżempji kien tela’ l-prezz ta’ propjietajiet minn 2013 sal lum.
Skont dan l-istħarriġ, appartament b’żewġ kmamar tas-sodda fl-2013 kien €142,000, fl-2017 kien €200,000 u fl-2023 dan tela’ għal €280,000.


Dan qiegħed iwassal biex kategorija ta’ koppji fil-klassi mġebbda ma jistgħux jixtru propjetà Quddiem din is-sitwazzjoni ta’ prezzijiet tal-propjetajiet jgħolew, iddeputat Nazzjonalista ppropona proposta li diġa’ għamel lil-Ministeru dwar skema ta’ sussidju fuq l-interessi tas-self. Din kienet skema li daħlet fi 2012 imma kienet ingħalqet bħal diversi skemi oħra.


Kienet skema tajba għaliex mingħajr wieħed imiss il-prezz tas-sidien, kienet tgħin lil kopji fil-ħlas tal-interessi tas-self li fl-ewwel snin huma akbar. Min-naħa l-oħra, is-sidien ma kellhomx tentazzjoni li jziedu l-prezzijiet għaliex ma kellhomx x’jaqsmu fl-affari. Is-sussidju offrut dakinhar kien iwassal mhux għal €10,000 imma saħansitra għal €14,000.


Hu appella lill-Gvern biex kif rega’ fetaħ skemi li kien għalaq biex wara reġa fetħahom biex jidher li huma tiegħu, bħal-iskema Kiri, Shared Equity, titjib tal-housing estates u anke issa skema biex titneħħa t-taxxa fuq il-bejgh tal-propjetajiet taħt l-iskema Kiri wara l-egħluq ta’ 10 snin, issa jerġa’ jiftaħ din l-iskema tas-sussidju fuq is-self għall-first time buyers.


Fid-dawl tas-sitwazzjoni prezenti tal-prezzijiet tal-propjetà, l-limitazzjoni ta’ art, l-problemi ambjentali li l-iżvilupp bla rażan ġab, it-tensjonijiet finanzjari tal-kopji u r-relazzjojnijiet vulnerabbli ta’ xi wħud minn dawn il-koppji u realtajiet soċjo/kulturali ġodda, wasal il-mument li minn politika li tħeġġeġ biex wieħed ikun sid ta’ daru ikun hemm bidla ta’enfasi biex il-koppji jkunu nkwilini minlfok sidien bħal ma jiġri fl-pajjiżi oħra.


Hu staqsa jekk wasalx iż-żmien li jkun hawn politika favur il-kiri? Liema jagħmel sens aktar ilum, il-piż ta’ self jew dak tal-kira? Kif nistgħu noffru din l-opportunità għal dawk il-koppji li ma jixtiequx jkunu sidien? Huwa vijabbli li tagħmel ħajtek kollha tħallas is-self minflok li tgawdi l-ħajja?