Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella fil-parlament biex jissaħħu l-unions b’iktar sħubija mill-ħaddiema.
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal li l-gvern Laburista ilu jgħid li se jaġġorna l-Work Regulations Order iżda ma twettaqx. Hu qal li wara 11-il sena fil-gvern li fihom il-gvern daħħal ammonti kbar ta’ ħaddiema bla strateġija, issa din il-problema se tkun indirizzata.
Dwar l-Aġenziji tal-Impjieg, id-deputat Nazzjonalista qal li d-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali (DIR) jista’ jagħmel black listing meta jkunu jridu japplikaw għal xi offerti pubbliċi. Fir-realtà mhix tittieħed azzjoni fil-konfront ta’ kumpaniji li jabbużaw u dawn qed jibqgħu jingħataw iktar kuntratti.
Hu tkellem dwar il-paga minima u qal li kienet direttiva tal-UE imponiet fuq il-gvern li jrid jgħolli l-paga minima. Jeħtieġ li jkun involut iktar il-collective bargaining biex ikun hemm fejn isiru ż-żidiet.
Ivan Castillo qal li iktar nies għandhom jissieħbu fil-unions u sostna li erba’ unions ewlenin fil-pajjiż li qed jiftehmu u jiktbu lill-Prim Ministru dwar iż-żieda tal-COLA. Hu kompla li r-relattività intilfet għal kollox.
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo semma’ l-ftehim mal-MUMN dwar l-infermiera u qal li l-union kellha tgħaddi minn diffikultajiet qabel intlaħaq ftehim.