Matul il-jum, bosta gradwati kemm mill-MCAST kif ukoll mill-Università ta’ Malta kumplew jiċċelebraw is-suċċess li kisbu fi tmiem il-kors tagħhom. Dan hekk kif issoktaw mhux biss il-gradwazzjonijiet, iżda anke l-buscades tradizzjonali.

Diversi studenti żaru anke d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn intlaqgħu mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Fost dawk li żaru d-Dar Centrali kien hemm studenti mill-Fakultà tal- Health Sciences u l-Medical Physics, kif ukoll il-fiżjoterapisti l-ġodda li għadhom kif gradwaw mill-Univertsità.

Kien hemm ukoll bosta gradwati mill-MCAST fosthom tal-IT u s-Software Development.

Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ukoll is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Micheal Piccinino, li tkellmu mal-gradwati, waqt li awgurawlhom għal din il-kisba.
