Futbol Sport

L-Arġentina jegħlbu lill-Brażil fil-Maracanã

(Ritratt: EPA)

Intlgħabet is-sitt ġurnata mir-rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Konfederazzjoni tal-Amerika t’Isfel għat-Tazza tad-Dinja 2026.

Fost il-ħames partiti li ntlagħabu tispikka r-rebħa taċ-champions tad-dinja l-Argentina li barra minn darhom għelbu 1-0 lil Brazil.

Fil-Maracana’ f’Rio de Janeiro, il-ħames rebħa minn sitt partiti għall-Argentina li saħħet postha fl-ewwel post tal-grupp bi 15-il punt. Għal kuntrarju tkompli s-serje negattiva tal-Brażil li bit-tielet telfa minn sitt partiti jinsabu fis-sitt post.

L-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls biex il-gowl deċiżiv kien skorjat fit-63 minuta permezz ta’ Nicolas Otamendi li minn azzjoni ta’ Giovani Lo Celso għeleb lil Alisson Becker.

Fil-81 minuta r-referee Piero Mora Gomez keċċa b’karta ħamra diretta lil Joelinton tal-Brażil.

Fil-partiti l-oħra li ntlagħabu mill-istess rawnd ta’ kwalifikazzjoni:

Paragwaj 0-1 Kolumbja

Ekwador 1-1 Ċili

Urugwaj 3-0 Bolivja

Perù 1-1 Venezuela