Lokali Parlament

L-infieq pubbliku għandu jsir b’responsabilità biex il-poplu jingħata servizz xieraq għat-taxxi li jħallas


Darren Carabott, PN


Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott appella fil-parlament biex l-infieq pubbliku jsir b’responsabbiltà biex il-poplu jingħata lura servizz tajjeb u xieraq għat-taxxi li jħallas.


Darren Carabott qal li l-gvern m’għandux pjan fis-settur ambjentali jew kif Malta se tkun ġusta fit-traffiku, fis-settur soċjali, fil-qrati u kif fis-saħħa se jinġiebu l-€400 miljun mingħand Steward.


Il-funzjoni tal-persuni fis-settur pubbliku m’għandhomx ikunu effettwati minn dak li jagħmlu l-politiċi. Hu appella biex ikun irranġat il-mekkaniżmu tal-COLA għaliex dan mhux jeffettwa lill-ħaddiema tal-gvern.
Għal raġunijiet tiegħu l-gvern jibqa’ ma jaċċettax din il-proposta. Għandhom jinħolqu mekkanżmu ta’ kontroll u skrutinju fuq il-politiċi.


Hu qal lil-gvern qed jaħdmu lil min ingaġġa bħala konsulenti fil-ministeri.


Id-deputat Nazzjonlista semma’ l-ħidma li qed jagħmel l-Ombudsman u l-proposta dwar l-amministrazzjoni tajba li hi dritt għaliex il-poplu Malti ħaqqu aministrazzjoni tajba.


Is-settur pubbliku sar jiddependi ħafna mill-ministru minflok qed ikollu iktar awtonomija. Jeħtieġ li tispiċċa s-sitwazzjoni fejn il-poplu jmur jitkarrab biex jinqeda.


Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm alokazzjoni ikbar għal dawk li ajgħtu s-servizzi lill-pubbliku biex is-servizz pubbliku jkun aħjar u iktar kontabbli.


Jeħtieġ ikun hemm bidla fil-politika ta’ out sourcing, li jkun hemm pagi ugwali, ikun hemm inċentivi għall-ħaddiema biex jissieħbu f’kooperattivi, is-servizzi ta customer care ikun aħjar fil-ħinijiet li jipprovdi, l-użu ta’ sistemi teknoloġiċi.