L-MEA hija kontra li l-ħaddiema jużaw is-sick leave tagħhom sabiex jieħdu ħsieb it-tfal li jkunu ma jifilħux.
Fi stqarrija, Il-Malta Empoyers’ Association qalu li ċ-‘ Children’s Policy Framework’ jista’ jkun pass il-quddiem sabiex jiġu ntrodotti miżuri għal ġid tat-tfal u l-familji. U li dan id-dokument jinkludi miżuri pożittivi li jekk jiġu implimentati jkunu ta’ siewi kbir għat-tfal.
Madanakollu l-Assoċjazzjoni ta’ minn iħaddem, esprimiet li hija kontra li l-ħaddiema jagħmlu użu mis-sick leave tagħhom sabiex jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom li jkunu ma jifilħux. L-MEA tenniet li s-sick leave għandu jintuża speċifikament meta l-ħaddiem ma jkunx fi stat li fih jista’ jattendi għax-xogħol u għalhekk ma jistax jiġi trasferit lil persuni oħra.
F’każ li dan it-trasferiment jidħol fis-seħħ, issir impossibli li jkun hemm kontrol fuq is-sick leave u dan jista’ jwassal għal abbuż. Barra minn hekk l-MEA qalet li l-aħħar skandlu tal-benefiċċji soċjali jagħmilha iżjed diffiċli biex l-professjoni medika titieħed bis-serjeta. Dan wara li numru ta’ ċertifikati, kienu inatgħu sempliċiment waqt telefonata, lill minn ma kienx ħaqu li jingħata dawn il-benefiċċji.
L-MEA qalet li dan id-dokument għandu jkun jkun konsistenti ma’ policies oħra li daħlu fis-seħħ dan l-aħħar. L-Assoċjazzjoni qalet dan b’referenza għall-aħħar proposta tal-Gvern li jipromwovi soċjetà li ma tpejjipx waqt li jillegaliża il-ħaxixa.
//= $special ?>