Il-poplu fl-Olanda qed jivvota għal Gvern li se jdaħħal il-pajjiż b’era politika ġdida u fost taqtigħa ferm missielta bejn xejn anqas minn erba’ partiti.
Madankollu, l-istħarriġ qed jindika lil Dilan Yesilgoz, il-mexxejja taċ-ċentru-lemin, bħala r-rebbieħa potenzjali u li, f’każ ta’ konferma, għandha ssir l-ewwel mara li tassumi r-rwol ta’ Prim Ministru fl-istorja ta’ dan il-pajjiż.
L-eqreb rivali ta’ Yesilgoz huma l-politiku populista u anti-Iżlamiku Geert Wilders, flimkien ma’ alleanza politika tax-xellug taħt it-tmexxija ta’ Frans Timmermans, eks-Kummiissarju tal-Unjoni Ewropea.
‘Il fuq minn 13-il miljuni huma eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni u fejn qed jagħżlu minn fost 26 partit. Dan ukoll meta sbatax minn fost il-partiti kapaċi ‘il quddiem ikunu rappreżentati fil-Parlament ġdid tal-Olanda.
//= $special ?>