Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu laqgħa importanti mal-Ambaxxatur tal-Istat ta’ Iżrael, Zeev Boker.

Matul din il-laqgħa fid-Dar Centrali tal-PN, Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani… waqt li żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ kontra l-attakki teroristiċi.

Bernard Grech tenna li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ dejjem favur is-soluzjoni ta’ żewġ stati, u li l-paċi hija t-triq ‘il quddiem. Waqt li sellem lill-vittmi li inqatlu f’dan il-kunflitt.
Minn naħa tiegħu l-Ambaxxatur ta’ Iżrael għal Malta qal li japprezza ħafna din il-laqgħa, hekk kif laqgħat bħal dawn huma ta’ importanza kbira.

Huwa qal li Malta dejjem fehmet il-pożizzjoni ta’ Iżrael, waqt li qal ukoll li l-ftehim li sar fl-aħħar sigħat huwa biss l-ewwel fażi minn process biex jinhelsu 450 ostaġġ.
Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista għal din il-laqgħa kien hemm ukoll id-deputat Beppe Fenech Adami u s-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea.
