Sport Sport Ieħor

OCR: Gabriella Mangion u Daniela Abela b’riżultati mill-aqwa f’Ruma

13-il atleta minn Wildlings OCR team ħadu sehem fl-Ispartan Race f’Cesterter Ruma, l-Italja f’tellieqa ta’ 12-il kilometru b’25 ostaklu li tifforma parti mill-Kampjonat Taljan.

Fost dawn l-atleti,  ibbrillaw l-atleti Maltin Gabriella Mangion u Daniela Abela fejn għall-ewwel darba fl-istorja ta l-OCR għal Malta, kisbu t-tieni u t-tielet post rispettivament fil-kategorija tagħhom fl-Ispartan Italy National Series li kienet tikkonsisti f”erba’ tlielaq ġewwa l-Italja matul din is-sena, fejn l-aħħar tellieqa saret f’Ruma Cesterteri b’riżultati tajbin għall-Malta.