Lokali

Possibbiltà ta’ xita qawwija fil-jiem li ġejjin wara li Ottubru kien l-iktar xahar xott f’mitt sena

Aħbar tajba għall dawk li kienu qed jistennew li jinbidel xi ftit it-temp u jkollna xi jiem bix-xita, hekk kif jidher li ha nesperjenzaw jiem bix-xita mil-lum wara nofsinhar sa nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru.

Wara ġimgħat ta’ nixfa kbira fl-eqqel tal-istaġun tal-Ħarifa, jidher li waslet l-ewwel instabilità u li din ser tasal fuqna minn naħa tal-Lbiċ. Meta insabilità tersaq fuq il-Gżejjer Maltin minn naħa ta’ Tuneż, din tkun b’ċerti elementi intensi, iżjed u iżjed din is-sena minħabba l-fatt li s-sħana damet ħafna u tempertaura tal-baħar għadha għolja.

Għalhekk tajjeb li wieħed jipprepara ftit għal ċertu possibbiltà li aktar tard illum jkollna xita qawwija li tista’ tikkawża għargħar fit-toroq. Waqt din il-maltempata jistgħu wkoll jinħolqu buffuri qawwija tar-riħ f’xi inħawi .

Mhux eskluża wkoll il-possibbiltà ta’ xi trombi tal-ilma jew tal-arja, waqt li xi ħalbiet tax-xita jistgħu jkunu bis-silġ. Waqt li mistennija wkoll anka xi sajjetti.

L-instabiltà fit-temp lejn l-aħħar ta’ Novembru hija xi ħaġa pjuttost tradizzjonali fil-Gżejjer Maltin. Minn esperjenzi passati ġieli kellna maltempati fejn il-medja ta’ xahar sħiħ tinżel fi ftit sigħat. Dan wara li Ottubru ta’ din is-sena kien l-aktar Ottubru xott mill-1922.

Skond ċifri li joħorġu mill-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonnali ta’ Malta , jidher li f’iktar minn 20 ġurnata tkejlet inqas minn millimetru ta’ xita. Pero dan jaf jinbiddel hekk kif skond l-istess uffiċju jidher li ġejjin jiem bix-xita.

Jidher ukoll li temperaturi se jinżlu sew hekk kif l-inqas temperatura mistenniha tkun ta’ 14-il grad.

Tags