Kultura Lokali Mużika

Pricilla Psaila tniedi l-kanzunetta l-ġdida tagħha “F’Tarf l-Irdum”

“F’Tarf l-Irdum”. Dan huwa t-titlu tal-kanzunetta l-ġdida mill-kantanta Priscilla Psaila fuq lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, b’kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas, u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar.

Pricilla hi kantanta ferm popolari fil-gżejjer Maltin u wiċċ familjari fejn rajnieha għal-diversi drabi tieħu sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza kif ukoll l-Għanja tal-Poplu; u issa, qed terġa għal darba’ oħra issaħħarna b’ leħinha.

Dan il-vidjo mużikali huwa akkumpanjat ma xeni pitoreski f’pajjiżna li jgħati xejra lil din il-kanzunetta fejn il-lirika tittrata problemi ta’ vjolenza domestika kemm fuq nisa u kemm fuq irġiel.