Sewwieq ta’ mutur minn Birżebbuġa spiċċa jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku biswit l-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn tal-Erbgħa waranofsinhar fi Triq Ħal Far, f’Ħal Luqa, meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn il-mutur Peugeot Tweet misjuq mir-raġel ta’ 31 sena u żewġ vetturi oħrajn; Isuzu TFR misjuq minn raġel ta’ 58 sena mis-Siġġiewi u Mitsubishi RVR misjuq minn Żabbari ta’ 31 sena.
Fil-post ġew imsejħa minnufih tim mediku tal-ambulanzi u uffiċjali tal-Pulizija – bis-sewwieq tal-mutur jittieħed minnufih għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta.
//= $special ?>