Il-Malta Blackball Federation u l-Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi ta’ Ħal Qormi bdew kollaborazzjoni flimkien sabiex jinfetaħ ċentru ġdid fejn jintlagħab il-logħb tal-blackball.
F’kumment qasir, il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt qal li din il-kollaborazzjoni hi ferm importanti għax filwaqt li tagħti aktar opportunitajiet lill-plejers lokali jilagħbu din il-logħba tant għal qalbhom, iżżid ukoll ċentru ieħor fejn jistgħu jintlagħbu dawn il-kompetizzjonijiet li aktar ma jmur dejjem qed jiżdiedu.
Matul din il-ġimgħa bdew jintlagħbu l-partiti tar-rankings mill-kategorija ta’ taħt it-18-il sena f’dan iċ-ċentru li se jikkumplimenta dak preżenti f’Birkirkara.
//= $special ?>