Raġel ta’ 47 sena, li fil-mument qed jiskonta piena ta’ ħabs, ammetta li uża vjolenza morali fil-konfront tal-ġenituri tiegħu li għandhom 76 u 72 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u tpoġġa taħt ordni ta’ probation u ta’ trattament għal tliet snin.
Huwa ammetta li l-vjolenza morali kien jużaha billi jitlobhom il-flus għad-droga u li fin-nuqqas ta’ dan kien iġiegħlhom jibżgħu li se ssir vjolenza kontra tagħhom. Ir-raġel, li fil-preżent huwa residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien jgħix mal-ġenituril-Imsida. Ismu mhux qed jixxandar biex ma tiġix identifika l-identità tal-anzjani.
Minbarra li uża vjolenza psikoloġika fil-konfront tal-ġenituri tiegħu, huwa ammetta li beżżagħhom u li tahom fastidju. Il-koppja infurmat lill-Maġistrat Lara Lanfranco li ma xtaqitx li l-Pulizija tkompli tipproċedi kontra binha u li riditu lura d-dar.
Madankollu l-Maġistrat Lanfranco għamlitha ċara li hija ma kinitx lesta taċċetta r-rinunzja għal kulma huwa rinunzjabbli fil-konfront ta’ binhom. Fl-istess qalet il-Qorti jidhrilha li r-raġel m’għandux jingħata piena ta’ ħabs effettiva u għandu jingħata sentenza sospiża biex jingħata l-għajnuna ħalli jikkontrolla r-rabja u ma jerġax jirrepeti l-inċident li kellu mal-ġenituri li jixtiqulu l-ġid.
Kien għalhekk li kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u qegħditu taħt ordni ta’ probation u ta’ t. rattament għal tliet sninIl-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar.
//= $special ?>