Il-kantant tal-grupp tar-Rock popolari Guns N’ Roses aktarx li jkollu jwieġeb fil-qorti għal każ li jmur lura għall-1989 u fejn hu qed ikun akkużat dwar aggrediment sesswali fuq mudella li jingħad li seħħ f’lukanda fi New York.
L-eks mudella. Sheila Kennedy, anki qed tfittex lil Axl Rose għal allegat aġir vjolenti fil-konfront tagħha meta hi kien għad għandha 26 sena u peress li hi, b’konsegwenza ta’ dan, spiċċat issofri mill-ansjetà u dipressjoni.
Sheila Kennedy qed titlob li titħallas id-danni mingħand il-kantant u r-rappreżentanti tiegħu ‘għall-kalvarju emozzjonali li batiet’ u l-fatt li l-kantant kien ħebb għaliha ‘għal xejn b’xejn’. Dan ukoll meta l-avukati tal-eks mudella qed jitolbu biex Axl Rose, issa, ikun suġġett għal proċess bil-ġuri.
.Ir-rikors kontra Axl Rose tressaq lill-Qorti Suprema ta’ New York ftit jiem biss qabel skadiet il-liġi li tippermetti biex il-vittmi ta’ aggrediment sesswali jressqu l-każi kontra l-allegati aggressuri – u irrispettivament miż-żmien meta jiskadi l-istatut għal limitazzjonijiet oriġinali.
//= $special ?>