Il-Korea ta’ Fuq mgħadhiex marbuta bil-ftehim mal-Korea t’Isfel li kien qed jaħseb għal tnaqqis tat-tensjoni militari mal-fruntiera komuni.
It-tensjoni mal-Korea t’Isfel, issa, eskalat sew ladarba l-ftehim – effettiv għal ħames snin – ma baqax validu. Dan ukoll meta l-Korea t’Isfel issospendiet l-istess ftehim wara li l-Korea komunista tellgħet satellita fl-ispazju għall-missjonijiet ta’ spjunaġġ fuq il-ġirien tar-reġjun.
Il-Korea t’Isfel, issa, se tkompli bit-titjiriet ta’ sorveljanza mal-fruntiera tal-Istat komunista – li min-naħa tiegħu qed jhedded biex jibgħat aktar kontinġenti militari lejn l-eqreb zoni mal-Korea t’Isfel.
Il-Korea ta’ Fuq, fl-istess ħin, qed twarrab kull miżura intiża biex tevita konflitt militari mal-art, fil-baħar u mill-ajru mal-Korea t’Isfel — bir-reġim fi Pyongyang qed jaħseb biex jirriloka tagħmir militari ġdid fir-reġjun tal-fruntiera.
//= $special ?>