Lokali

Inawgurat investiment fil-Barceló Fortina Malta

Dalgħodu kien inawgurat investiment multi-miljunarju fil-lukanda l-ġdida ta’ ħames stilel Barceló Fortina Malta.

L-investiment jinkludi tiġdid sħiħ ta’ €35miljun fil-lukanda li fiha 183 kamra, illi issa qed titmexxa minn Barcelo Hotel Group. 

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Kap Eżekuttiv Edward Zammit Tabona rrikonoxxa dan il-mument bħala wieħed importanti ferm għall-kumpanija li twaqfet proprju min-nannu tiegħu Maurice Zammit Tabona u ħuh Walter – intrapriża li matul is-snin kompliet tespandi u tikber f’intrapriza ta’ suċċess immexxija mill-aħwa Adrian, Michael u Julian Zammit Tabona.  

Dan il-proġett li jkopri 60,000 metru kwadru ladarba jitlesta lejn nofs is-sena d-dieħla, se jinkludi 73 kamra, 64 appartment lussuż, spazju miftuħ, blokk ta’ uffiċċji, faċilitajiet ta’ parkeġġ, spa, gym, lido u ristoranti. Apparti dan se joffri wkoll waħda mill-akbar faċilitajiet f’pajjiżna għal-laqgħat u konferenzi