Neil Camenzuli
Fost il-ħafna eċċitament li ġġib magħha kompetizzjoni bħall-EURO 2024, ikun hemm min ikun inqas sfortunat hekk kif pajjiżu mhux se jkun qiegħed jipparteċipa u jikkompeti għal dan l-unur tant prestiġjuż.
Il-EURO 2024 se ssir fil-Ġermanja bejn l-14 ta Ġunju u l-14 ta’ Lulju.
24 pajjiż se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni tal-EURO 2024, madankollu hemm numru ta’ pajjiżi rinomati għall-plejers ta’ livell għoli li ma rnexxielhom jikkwalifikaw, speċifikament dawn it-tmien plejers li jilgħabu fl-aqwa kampjonati fl-Ewropa.
- Erling Haaland (Norveġja u Manchester City)
L-aqwa skorer tal-Premier League tas-sena l-oħra huwa bla dubju wieħed jekk mhux l-iktar plejer rinomat li mhux se jkun qiegħed jilagħab fil-EURO 2024. It-tim Nazzjonali Norveġiż ma rnexxielux jikkwalifika għal din il-kompetizzjoni hekk kif temm fit-tielet post fi Grupp A b’total ta’ 11-il punt, wara Spanja u Skożja fl-ewwel u fit-tieni post rispettivament. Diżappunt kbir għan-Norveġiżi hekk kif ilhom ma jieħdu sehem f’kompetizzjoni ta’ dan il-kalibru mis-sena 2000.
- Martin Odegaard (Norveġja u Arsenal)
Il-captain tat-tim Nazzjonali Norveġiż u ta’ Arsenal huwa plejer ieħor li se jkolliu jsoffri l-konsegwenzi tad-diżappunt ta’ pajjiżu. Minkejja fażi ta’ kwalifikazzjoni pożittiva għall-midfielder ta’ 24 sena, fejn saħansitra anka sab ix-xibka f’rebħa riċenti fuq Georgia, Odegaard mhux se jkun qiegħed fost il-plejers kbar li se jilagħbu fil-Ġermanja dan is-sajf.
- Victor Lindelof (Żvezja u Manchester United)
L-Iżvezja huwa pajjiż li f’termini ta’ futbol dejjem magħruf li jipproduċi talent kbir, u ta’ spiss li jkunu qed jissieltu f’dawn il-kompetizzjonijiet biex jagħmlu isem tajjeb għalihom, madankollu żewġ telfiet kontra l-Awstrija, telfa kontra l-Belġju u telfa sorprendenti kontra l-Azerbaijan fi Grupp F se jħallu lill-Iżevja u lill-captain tat-tim Victor Lindelof barra mill-EURO 2024.
- Dejan Kulusevski (Żvezja u Tottenham Hotspur)
Plejer ieħor affettwat mill-prestazzjoni medjokri tat-tim Żvediż huwa l-attakkant laterali Dejan Kulusevski. L-eks plejer ta’ Juventus ingħaqad ma’ Tottenham b’mod permanenti s-sajf li għadda u fl-istess sena kien mogħti l-Guldbollen, l-unur li jingħata l-aqwa plejer Żvediż ta’ dak l-istaġun. Kulusevski kien mal-ewwel ħdax għal kull patita fil-kwalifikazzjoni, fejn skorja darba u kellu żewġ assists.
- Alexander Isak (Żvezja u Newcastle United)
It-tielet plejer Żvediż f’din il-lista jkompli juri propju x’kwalità tremenda għandu dan it-tim, bl-attakkant ta’ Newcastle United ikun fost il-ħafna plejers kapaċi li mhux se jieħdu sehem fil-EUR0 2024. Isak huwa l-iżgħar skorer għat-tim Nazzjonali Żvediż meta kien sab ix-xibka lura f’ Jannar ta’ 2017 fir-rebħa ta’ 6-0 kontra l-Islovakja.
- Stefan Savic (Montenegro u Atletico Madrid)
Id-difensur ta’ Atletico Madrid kellu karriera stupenda f’livelli ta’ klabb, fejn rebaħ il-Premier League, il-La Liga u l-Europa League, pero l-eks plejer ta’ Manchester City qatt ma rnexxielu jagħmel il-qabża mat-tim nazzjonali hekk kif qatt ma kkompetew fl-ebda kompetizzjoni tal-EURO.
- Evan Ferguson (Irlanda u Brighton)
Fergusen huwa l-iżgħar skorer tal-Irlanda wara l-gowl tiegħu kontra l-Latvja f’Marzu li għadda. L-attakkant ta’ 19-il sena se jitlef dan it-tournament wara li pajjiżu temm fir-raba’ post ta’ Grupp B b’prestazzjoni diżappuntanti ħafna. Punt pożittiv li wieħed jista’ jinnota huwa li Fergusen għadu qiegħed jibda l-karriea tiegħu u jista’ jkun strumentali fil-proċess li pajjiżu jikkwalifka għall-EURO fis-snin li ġejjien.
- Jonny Evans (Irlanda ta’ Fuq u Manchester United)
Il-captain tal-Irlanda ta’ Fuq u d-difensur veteran probabli tilef l-aħħar ċans li jerġa jilagħab f’kompetizzjoni tal-EURO wara li pajjiżu ma rnexxielux jikkwalifika minn Grupp H wara li temmew fil-ħames post b’total ta’ 9 punti wara 10 logħbiet. Evans kien parti fundamentali mit-tim meta l-Irlanda ta’ Fuq laħqu l-aħħar sittax fil-EURO 2016.
B’xorti ħażina dawn il-plejers huma kkonfermati li mhux se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni tal-EURO 2024, sussegwentament hemm plejers ta’ kalibru għoli li għadhom bl-aħħar tama’ li jipparteċipaw hekk kif għaddew għall-fażi oħra ta’ kwalifikazzjoni mill-Grupp rispettiv tagħhom.
L-attakkant prolifku Pollakk Robert Lewandowski għadu fiċ-ċans li jilgħab fl-EURO 2024 hekk kif il-Polonja temmet fit-tielet post ta’ Grupp E. Tkun aħbar kiefra jekk l-eks plejer ta’ Bayern Munich u Borussia Dortmund ma jkunx jista’ jikkonkludi l-karriera tiegħu b’opportunità li juri l-klassi tiegħu fuq livell internazzjonali għal darb’oħra fil-karriera tiegħu.
Simili tiegħu, wieħed mill-iktar talenti promitenti fid-dinja, l-attkkant laterali Mykhailo Mudryk li ngħaqad ma’ Chelsea dan is-sajf għas-somma ta’ kważi €103 miljun ukoll għadu fiċ-ċans li jkun parti mill-EURO tas-sajf li ġej hekk kif l-Ukrajna għaddew għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni oħra meta temmew fit-tielet post fi Grupp C. Mudryk kien fiċ-ċentru tal-kontroversja fl-aħħar partita tal-kwalifikazzjoni kontra L-Italja iktar kmien din il-ġimgħa hekk kif deher jaqa’ fil-kaxxa u jappella għall-penalty fl-aħħar mumenti tal-partita, bir-referee jsaffar kontra.
//= $special ?>