Quddiem il-kontroversji ambjentali li bħalissa qed iseħħu f’pajjiżna… il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jiddefendi d-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Gvern tiegħu – deċiżjonijiet li qed joħolqu rabja kbira fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Bil-Prim Ministru, issa spiċċa jitfa’ dubji dwar kemm il-binja ta’ appartamenti ħdejn il-Ġgantija, effettivament tfisser sfreġju ambjentali.
Din kienet ir-reazzjoni ta’ Robert Abela, fl-istess ġimgħa li fiha sar magħruf li dan il-permess li ħareġ diġa’ mill-Awtorita tal-Ippjanar tefa’ ta’ ġebla bogħod mill-Ġgantija – issa – se jiġi friżat fuq insistenza tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Dan sakemm isir il-Heritage Impact Assessment.
Abela baqa’ jiddefendi anke l-isfreġju ambjentali li seħħ ftit tal-ġranet ilu fil-Pjazza tal-Mosta fejn tqaċċtu l-friegħi tas-siġar tal-fikus… bil-Prim Ministru ddeskriva dan il-proġett bħala wieħed “sabiħ”.
Intant, meta kien mistoqsi dwar il-kundanna tal-Ispeaker fil-konfront tal-Ministru Clayton Bartolo, li mexa b’mod skorret waqt il-Kumitat tal-kontijiet pubbliċi, Robert Abela baqa’ jiddefendi bl-iktar mod qawwi l-aġir ta’ sieħbu – Ministru li bagħat mistoqsijiet bl-SMS, preparati minn qabel, lil wieħed mix-xhieda li tressaq quddiem il-PAC. U meta mistoqsi mill-ġdid, il-Prim Ministru reġa’ ħareġ għonqu għall-Ministru Clayton Bartolo.
//= $special ?>