Għawdex Kultura Lokali

Talba biex jiġi friżat il-permess għall-bini ta’ appartamenti viċin il-Ġgantija

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed tagħmel talba lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġi friżat il-permess għall-bini ta’ appartamenti (PA 570/21) viċin il-Ġgantija

Fi stqarrija, is-Sovritendenza qed tappella biex jinbdew proċeduri skont dak li jiddisponi l-artiklu 80 tal-Att dwar l-Iżvilupp u l-Ippjanar li jipprovdi biex il-permess jiġi modifikat u/jew revokat sakemm jiġi konkluż il-Heritage Impact Assessment li kien mitlub mis-Sovrintendenza. Dan sabiex ukoll is-Sovrintendenza tevalwa l-konklużjoni tal-istess impact assessment.

Il-Heritage Impact Assessment għandu jiggwida lill-applikant, il-perit u l-awtoritajiet ikkonċernati fuq l-impatti li dan l-iżvilupp għandu jew m’għandux fuq it-tempji tal-Ġgantija.