Sport Sport Ieħor

Thomas Bach jitlob għal waqfien mill-ġlied waqt l-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Fi tmiem l-indirizz li għamel fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach deher sodisfatt mill-appoġġ li ingħata minn dawk preżenti.

Thomas Bach, flimkien mal-President tal-Kumitat Organizattiv tal-Olimpijadi ta’ Pariġi 2024 Tony Estanguet, talab li tkun approvata dik imsejjħa bħala ‘ Olympic Truce’ jew aħjar il-waqfien mill-ġlied ta’ konflitti u gwerer li jkunu għaddejjin waqt il-perijodu tal-Logħob Olimpiku.

Fl-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti kien hemm biss żewġ pajjiżi li astjenew. Fl-ewwel reazzjoni r-Russja kkummentat li l-waqfien mill-ġlied b’riferenza għal gwerra kontra l-Ukrajna jkun ifisser bħala indħil politiku bi skuża tal-isport.

Thomas Bach irribatta għal dan fejn filwaqt li kkonferma l-pożizzjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u tal-Agenzija kontra d-Doping fil-konfront tar-Russja, tenna li jinsab ukoll f’kuntatt mal-Kumitati Olimpici tal-Palestina u l-Iżrael sabiex tinsab soluzzjoni għas-sitwazzjoni preżenti.