Lokali Qorti

Żagħżugħ taħt l-eta jammetti li seraq mutur

Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Birżebbuġa li ismu ma jistax jissemma peress li għadu taħt l-età ammetta li fil-lejl ta’ bejn il-21 u t-22 ta’ Novembru seraq mutur minn Ħaż-Żabbar. Is-sentenza se tingħata fil-futur qarib.

L-avukat Joe Brincat talab li sakemm il-Qorti tal-minorenni tgħaddi għas-sentenza, jingħata l-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal dan bil-Maġistrat Astrid May Grima tagħtih il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li mponiet għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li jrid jiffirma l-għassa ta’ Birżebbuġa tliet darbiet fil-ġimgħa u jrid ikun id-dar bejn it-8pm u s-6am.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kurt Farrugia mgħejjun mill-Avukat Guiliana Magro mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.