Rebecca Buttigieg ma tweġibx dwar l-2,280 każi pendenti
Beat the Silence – hija din it-tema ta’ kampanja ta’ 16-il jum biex titqajjem kuxjenza b’rabta mal-vjolenza domestika f’pajjiżna.
Net News tkellem mal-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, Samantha Pace Gasan, fejn spjegat il-programm miżgħud b’inizjattivi u attivitajiet varji – iżda fuq kollox dwar il-bżonn tal-attiviżmu kollettiv tal-poplu; fost l-oħrajn anke bl-isports.
Hija spjegat ukoll li se jkun qiegħed jitqassam materjal b’informazzjoni essenzjali f’dik li għandha x’taqsam emerġenza.
Pace Gasan saħqet li n-nisa u tfajliet huma l-aktar suxxettibbli għal din it-tip ta’ vjolenza. Madanakollu insistiet li ma jistax jintesa l-fatt li hemm irġiel ukoll li qed isofru minn abbuż vjolenti.
Filwaqt li insistiet li kull persuna għandha twassal leħinha, hija appellat sabiex tingħeleb l-istigma fil-konfront tal-irġiel filwaqt li tkellmet dwar l-isfida tal-counter-reporting.
Intant sena wara mill-qtil ta’ Bernice Cilia, vittma ta’ vjolenza domestika li proprju semmgħet leħinha u xorta waħda falliha l-istat…Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg x’inhu jagħmel il-Gvern fil-konfront tal-2,280 każ pendenti ta’ vjolenza domestika….bis-Segretarju Parlamentari tgħid sempliċiment li l-Gvern għamel press briefing.
Fi Frar ġiet fi tmiemha l-inkjesta tal-Imħallef Emertiu Geoffrey Valenzia u li sabet illi l-istat falla lil omm ta’ żewġt itfal li kellha tħallas b’ħajjitha.
U sal-lum, aktar minn 9 xhur wara, għadu ħadd b’umiltà ma refa’ responsabbiltà ta’ għemilu.
//= $special ?>