Sport Sport Ieħor

Clive Farrugia fis-sitt post fil-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Doha

It-tiratur Clive Farrugia temm fis-sitt post fil-finali Skeet tat-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isparar ISSF li saret f’Doha, il-Qatar.

Farrugia rebaħ shoot-off biex għadda fil-finali tat-Tazza tad-Dinja, iżda ma rnexxielux jgħaddi mill-ewwel stadju tal-finali hekk kif kien l-ewwel tiratur li ġie eliminat meta laqat 16 minn 20 plattina.

Il-midalja tad-deheb ntrebħet minn Eetu Kallioinen tal-Fillandja b’125 plattina li rebaħ f’ shoot-off mal-Eġizzjan Azmy Mehelba .

Emil Petersen tad-Danimarka b’122 , Elia Sdruccioli tal-Italja b’122 u Ben Llewellin, tal-Ingilterra, li laqat 121 temmew fil-postijiet qabel Clive Farrugia.

Clive Farrugia ġej minn sena impressjonanti fl-iskeet hekk kif mhux biss irnexxielu jsir l-ewwel tiratur Malti li rebaħ id-deheb fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa, li saru f’Malta f’Ġunju li għadda, iżda kellu riżultati eċċellenti fil-kompetizzjonijiet tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isparar.

Farrugia rnexxielu jikkwalifika għal diversi finali tat-Tazza tad-Dinja fejn tejjeb il-klassifika tiegħu fost l-aqwa 17-il tiratur fil-kategorija. Fil-finali, Farrugia laqat serje ta’ 25, 23, 25, 25, 22 biex b’total ta’ 120 plattina temm fis-sitt post, daqs it-tiratur Amerikan Dustan Taylor, fejn f’ shootoff Farrugia laqat erba’ kontra tlieta ta’ Taylor.