Attakk vjolenti f’Dublin ħalla numru ta’ vittmi ftit il-bogħod mill-iskola Cholaiste Mhuire u kkawża wkoll numru ta’ rvellijiet.
Fl-attakk vjolenti tifla ta’ ħames snin u mara ta’ iktar minn 30 sena soffrew ġrieħi serji, waqt li tifla ta’ sitt snin u tifel ta’ ħames snin ukoll soffrew ġrieħi ħfief. Il-Pulizija arrestaw raġel ta’ 40 sena, li aktarx huwa responsabli għall dan l-attakk, u waqt li ma huma qed ifittxu lil ħadd iżjed, qalu li l-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux magħruf.
Aktar tard matul il-jum, bdew numru ta’ rvellijiet, f’numru ta’ toroq, bejn il-follol miġbura fl-akwati u l-Pulizija, fejn inatgħa n-nar lill numru ta’ karozzi, bil-Pulizija jgħidu li l-moħħ wara dawn l-attakki kienu numru ta’ hooligans b’ ideoloġija ta’ lemin estrem.
//= $special ?>