F’Gaza, dalgħodu bdiet dik li qed tissejjaħ “pawsa” ta’ erbat ijiem mill-ġlied. Dan il-qbil intlaħaq wara seba’ ġimgħat ta’ gwerra, u għandu jinkludi wkoll il-ħelsien ta’ 50 persuna li kienu qed jinżammu ostaġġi mill-Hamas .
13-il persuna mistennija jkunu meħlusa illum wara nofsinhar, waqt li minn naħa l-oħra l-Iżraeljani qalu li ser ikunu qed jirrilaxxaw 150 Palestinjan.
Barra minn hekk, dan il-qbil se jagħti ftit tan-nifs lil madwar żewġ miljun Palestinjan li nqabdu f’dan il-kunflitt. Tant hu hekk, li kmieni dalgħodu daħal l-ewwel trakk b’għajnuna umanitarja.
Iżrael xorta qed jinsisti li dan il-qbil ma jfissirx it-tmiem tal-gwerra.
//= $special ?>