Matul il-jum tal-Ġimgħa, id-Dar Ċentrali reġgħet mill-ġdid fetħet il-bibien tagħha għall-gradwati, din id-darba dawk tal-Liġi.
Biex jilqawhom fl-entratura tad-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, u s-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino li ċċelebraw magħhom dan il-pass tant importanti għalihom.
Fost il-gradwati kien hemm id-Deputat Nazzjonalista, Rebekah Borg.
Matul il-jum, bosta gradwati kemm mill-MCAST kif ukoll mill-Università ta’ Malta kumplew jiċċelebraw is-suċċess li kisbu fi tmiem il-kors tagħhom. Dan hekk kif issoktaw mhux biss il-gradwazzjonijiet, iżda anke l-buscades tradizzjonali.
//= $special ?>