"Patience
You think you cannot cope another day
But all you need is patience
You promised me you wouldn’t fade away
Wanting to escape, can’t see that you’re amazing"
Bħalissa għaddejin l-aħħar preparamenti sabiex Yulan Law tirrapreżenta lil Malta f’Nizza, il-Ħadd li ġej, waqt il-21 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.
Ftit sigħat qabel Yulan titla’ fuq dan il-palk sabiex tagħti l-prestazzjoni tagħha, f’intervista esklussiva ma’ Net News spjegatilna kif il-kanzunetta ‘Stronger’ li se tkun qed tkanta fil-finali tal-Junior Eurovision għandha tifsira verament speċjali għaliha.
“Għandi lil xi ħadd [missieri] li nista’ ngħid għamilni iktar b’saħħti”
Yulan Law
“Kelli esperjenza fil-passat meta kien għad kelli 9 snin,” qalet Yulan. “Missieri kien fi stat ħażin ħafna u ħsibna li konna se nitilfuh. Imma ladarba din il-fażi għaddiet, inħossni iktar b’saħħti. U għandi lil xi ħadd li nista’ ngħid għamilni iktar b’saħħti.”
"Stronger than ever before
We fought all the battles
Jumped all the hurdles
Nothing can stop us"
Huwa car li l-mużika, għal Yulan, tfisser ħafna. Kif fissret hi stess fil-kummenti tagħha lil dan l-istazzjon.
“Nista’ ngħid li hi [il-mużika] importanti f’ħajti,” qalet Yulan. “Importanti mhux biss biex nibni karriera fuq il-mużika iżda anke biex nirrisalla u biex nieħu gost. Il-mużika hi irwol importanti ħafna fil-ħajja tiegħi.”
Il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija, Gordon Bonello awgura lil Yulan għal kull suċċess; mhux biss għall-Junior Eurovision iżda anke għall-futur.
“Ibqa’ soda, qatt taqta’ qalbek,” qal Bonello. “L-industrija hemm barra mhix faċli speċjalment tiġi minn pajjiż żgħir. Imma l-vuċi tiegħek hi kbira daqs dawk li ssib f’pajjiżi kbar. Ibqa’ hemmhekk, ibqa’ ffoka, din l-esperjenza hi l-ewwel tarġa biex in-nies isiru jafuk. Nhar il-Ħadd, 45,000 ruħ se jisimgħuk tkanta għall-ewwel darba minn madwar id-dinja.”
Il-votazzjoni tiftaħ illum fit-8 pm fejn wieħed jista’ jivvota online għal tliet pajjiżi, inkluż għal Malta stess hawnhekk.
//= $special ?>