Maħtura ħames Maġistrati ġodda – dan wara rakkomandazzjoni mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura l-President ta’ Malta, George Vella.
Wara li l-Kumitat irċieva u għarbel b’kollox wieħed u tletin espressjoni ta’ interess…li tnejn minnhom kienu irtirati u waħda ma kinitx eliġibbli, kif ukoll wara li l-Kumitat kollettivament għamel l-evalwazzjoni tiegħu tal-kandidati – il-President George Vella ħabbar dawn il-ħames ismijiet sabiex iservu ta’ Maġistrat tal-Qrati Inferjuri..f’ordni alfabetika; Antoine Agius Bonnici, Philip Galea Farrugia, Jean Paul Grech, Anne Marie Thake u Nadia Helena Vella.
Dan filwaqt li dawn kienu is-segwenti ismijiet tal-Kandidati kollha mgħoddija mill-Kumitat lill-President u li fl-opinjoni tal-istess Kumitat kienu idonei; Graziella Bezzina, Monica Borg Galea, Abigail Caruana Vella, Marouska Debono, Jospeh Ellis, Maria Karlsson, Danielle Pace Grima, Elizabeth Quintano, Ilona Schembri u Claudio Zammit.
Il-President feraħ lill-Ġudikanti ġodda u jirringrazzja lill-Membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.
//= $special ?>