Sport Sport Ieħor

Karting: Kimi Bugeja jikklassifika fis-6 post fil-kampjonat Taljan

Ftit tal-ġranet ilu, is-sewwieq Malti tal-Karting Kimi Bugeja, li għad għandu tmien snin, kien fl-azzjoni fil-Pista Cogiskart di Corridonia fl-Italja biex jikkompeti f’kompetizzjoni tal-karting parti mill-Kampjonat Nazzjonali Taljan tal-Karting.

Kimi Bugeja kkompeta fil-klassi 60 cc Mini Kart u kien l-uniku Malti fost 18-il sewwieq parteċipant.

Minbarra dan, filwaqt li Bugeja għandu tmien snin, sewwieqa oħra kellhom bejn 10 u 13-il sena.

Meta wieħed iqis dan kollu u l-fatt li din kienet l-ewwel esperjenza għal Bugeja f’dan il-livell ta’ karting, Bugeja u t-tim tiegħu kienu sodisfatti li spiċċa fis-6 post fil-klassifika ġenerali.