Lokali

L-AHCWU mhux ser taċċetta li jittieħdu xi forom ta’ dixxiplina kontra l-ħaddiema nhar it-Tnejn

L-Allied Health Care Workers Union qed tavża li mhux se taċċetta li tittieħed xi forma ta’ dixxiplina kontra xi membri tal-union li huma ġenituri li jidħlu tard għax-xogħol nhar it-Tnejn, ħabba l-istrajk tal-għalliema.

Fi stqarrija, l-Allied Health Care Workers Union, qalu li fid-dawl tal-istrajk tal-għalliema li ser isir nhar it-Tnejn 27 ta’ Novembru, jixtiequ jinfurmaw li jista’ jkun hemm xi membri ta’ din il-union li huma ġenituri li jkollhom diffikulta biex iwasslu tfal l-iskola u għalhekk jafu jaslu tard għax-xoghol jew ikollhom jitilqu kmieni minn fuq il-post tax-xogħol.

Għal dan il-għan, AHCWU qed tavża li mhux se taċċetta li tittieħed xi forma ta’ dixxiplina (jew telf finanzjarju) jekk xi ħaddiema jaslu tard.

Intant Allied Health Care Workers Union, qed tavza li lesta li toffri l-għajunana tagħhom biex isibu soluzzjonijiet alternattivi għal dak li jista’ jiġri nhar it-Tnejn.