L-ewwel grupp ta’ studenti se jkunu qed jigradwaw mill-Baċelleratt fix-Xjenza, Fiżika, Fiżika medika u Protezzjoni mir-Radjazzjoni mill-Universita ta’ Malta. lawrja ta’ 4 snin infetħet għall-ewwel darba fl-2019 u twassal għal karrieri inklużi Fiżiċi Mediċi kliniċi u Uffiċjali/Esperti tal-Protezzjoni mir-Radjazzjoni kif ukoll riċerka medika u industrija tal-apparat mediku , fost oħrajn.
Dan il-grad huwa l-ewwel f’Malta li joffri lectures u taħriġ dwar il-Fiżika Medika u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni fl-Università ta’ Malta, l-Isptar Mater Dei u ċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Bħalissa hemm ftit li xejn Fiżiċi Mediċi u Esperti tal-Protezzjoni mir-Radjazzjoni li jaħdmu f’Malta meta mqabbla mal-ammont ta’ xogħol preżenti u l-pazjenti tal-kanċer fl-isptarijiet tal-pajjiżi, li jista’ jkollhom impatti negattivi fuq it-trattament tal-pazjenti u jillimitaw l-avvanzi mediċi fir-riċerka.
Dan il-kors għalhekk se jippermetti għal aktar studenti li jagħżlu din il-karriera importanti u jippermetti għal aktar avvanzi fir-riċerka medika, id-dijanjosi tal-pazjent u t-trattamenti.
//= $special ?>