Lokali

MaltaPost tniedi prodotti filateliċi għal Fiera “Veronafil 2023″

MaltaPost se tkun qeda tipparteċipa fil-fiera rinomata tal-bolol. Din se ssir bejn l-1 u t-3 ta’ Diċembru 2023 fil-kumpless Veronafiere, ġewwa l-Verona, l-Italja. Dan huwa avveniment annwali li joffri lill-operaturi postali internazzjonali pjattaforma eċċellenti biex juru u jbigħu l-prodotti filateliċi tagħhom u jiskambjaw informazzjoni.

Biex tfakkar dan l-avveniment speċjali, il-MaltaPost Philatelic Bureau se tniedi prodotti filateliċi li juru l-logo uffiċjali ta’ Veronafil 2023. Dawn jikkonsistu f’occasion card, stamp/cover personalizzat u philatelic numismatic cover.

Ordnijiet ghal din il-ħarġa filatelika speċjali jistgħu jsiru onlajn fuq www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – telefon 2596 1740 – email info@maltaphilately.com