Diversi ħwienet u stabbilimenti kummerċjali fil-Mosta bħalissa jinsabu affetwati minn qtugħ fis-servizz elettriku – qtugħ illi affetwa l-operat tagħhom fil-ġurnata tant importanti tal-Black Friday.
Is-servizz tad-dawl jinsab maqtugħ minn naħa tal-Enemalta fi Triq il-Kostituzzjoni, saz-zona fejn bħalissa qed isiru x-xogħlijiet tal-pjazza.
Sidien ta’ ħwienet li tkellmu ma’ Net News spjegawlna li huma ilhom diġa’ isofru xhur sħaħ ta’ inkonvenjent. “Ma jagħmilx sens li taqta’ d-dawl fil-Black Friday”, qaltilna persuna oħra li għandha ħanut f’din it-triq.
//= $special ?>