HITT Academy WH Middle East żammew l-ewwel post fil-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Malta Table Tennis Association meta ddominaw fil-partita kontra Alpha Gewo fejn rebħu 6-0.
B’hekk huma komplew bis-serje pożittiva wara li rebħu s-sitt partita konsekuttiva f’dan l-istaġun.
Top Spin TableTennis Academy Valletta Pay Andro u HITT Academy Mosta Dome B & B żammew il-pass mal-leaders meta rebħu l-partiti rispettivi tagħhom kontra HITT Academy Home Trends 4-2 u HITT Academy Tibhar 5-1 .
Alpha Calleja kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu 4 – 2 lil Mosta Gunners.
Fit-tieni diviżjoni, PBC Table Tennis Bluegrip baqgħu fl-ewwel post mhux megħluba.
PBC rebħu 5-1 lil HITT Academy Evolution filwaqt li Alpha Alberta Group ma kinux fl-azzjoni għalkemm xorta qed jaqsmu l-ewwel post.
Table Tennis: HITT Academy WH Middle East jibqgħu fil-quċċata
