Sport Sport Ieħor

Tennis – Tazza Davis: Semi finali bejn is-Serbja u l-Italja

(Ritratt: EPA)

F’Malaga, ġurnata oħra mit-Tazza Davis u żewġ partiti oħra mill-kwarti finali.

L-Italja għelbet lill-Olanda 2-1. Fl-ewwel partita Jannik Sinner għeleb lil Tallon Griekspoor f’żewġ sets 7-6 ; 6-1 sabiex poġġa lil Italja fil-vantaġġ. Reazzjoni mill-Olanda fejn Botic van de Zandschuip għeleb lil Matteo Arnaldi. Wara li Arnaldi rebaħ l-ewwel set 7-6 tilef it-tnejn ta’ wara 6-3 ; 7-6 sabiex id-doubles kienu deciżivi. Il-koppja Jannik Sinner u Lorenzo Sonego għelbet lil Tallon Griekspoor u Wesley Koolhof f’żewġ sets 6-3 ; 6-4

Fl-aħħar partita mill-kwarti finali is-Serbja jegħlbu lill-Ingilterra. Fl-ewwel partita tas-singles Miomir Kecmanovic għeleb lil Jack Draper 7-6 ; 7-6 sabiex poġġa lis-Serbja fil-vantaġġ. Fit-tieni partita n-numru 1 fid-dinja Novak Djokovic, rebbieħ tal-aħħar ATP Tour f’Turin iddomina kontra Cameron Norrie iż-żewġ sets li rebaħ 6-4 ; 6-4 sabiex bit-tieni rebħa fis-singles ma kienx hemm bżonn li jintlagħabu d-doubles.

Fis-semi finali issa jilagħbu s-Serbja kontra l-Italja u mill-ġdid id-dwell bejn Jannik Sinner u Novak Djokovic.