Sport Sport Ieħor

Davis Cup: L-Italja fil-finali bir-rebħa ta’ Sinner fuq Djokovic

(Ritratt: EPA)

Il-plejer Taljan Jannik Sinner irrisponda tajjeb għat-telfa li sofra fil-finali tal-ATP Turin il-ġimgħa l-oħra kontra l-istess Djokovic meta għeleb lill-plejer Serb biex għen lill-pajjiżu jgħaddi għall-finali tad-Davis Cup. B’dan ir-riżultat l-Italja rnexxielha tikseb rebħa ta’ 2-1 fuq Serbja biex għaddew għall-ewwel Davis Cup tagħhom mill-1998.

Jannik Sinner għeleb lil Djokovic bl-iskor ta’ 6-2 2-6 7-5 meta l-plejer klassifikat bħala r-raba’ l-aħjar fid-dinja rnexxielu jirkupra tlett punti fl-aħħar rawnd biex jikseb din ir-rebħa stupenda.

Kienu s-Serbi li propja ħadu l-vantaġġ fl-ewwel logħba hekk kif Miomir Kecmanovic għeleb lil Lorenzo Musetti 6-7 (7-9) 6-2 6-1 fil-kategorija singles.

Sinner reġa spikka fid-doubles meta flimkien ma’ Lorenzo Sonego huwa għeleb lit-tim Serb li kien jikkonsisti minn Novak Djokovic u Miomir Kecmanovic bl-iskor ta’ 6-3 6-4.