Futbol Sport

Draw ġust bejn Gudja u Balzan

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

GUDJA …………………………..……..…. 2

BALZAN………………………………...… 2

Gudja: J.Spiteri, M.Santos, S. Cipriott (G.Lorenzoni 72’), S.Perea (G. Mensah 72’) , M.Muchardi, J.Arthur, C. Borg, R.Eusebio, N.Tabone (Z. Grech 71’), A.Toure (S.Attard 85’), M. Esposito.

Balzan: R.Briffa, A.Prates, M.Grima, B.Hili, R. Michibuchi (A. Katanic 67’), N. Zerjal (. Arab 67 ‘), N. Braunovic (D. Awosanya 57 ‘), M.Raso, L.Da Silva, A.Andrejic (J. Grech 67 ‘), P.Olawale (P.Fenech 57 ‘).

Skorjaw: A. Toure 48′ , M. Muchardi 78′ (G), J.Grech 67′ L.Da Silva 86′ (B)

Referee: Matthew Degabriele

BOV Plejer tal-Logħba: Justin Spiteri (G)

Draw ta’ 2-2 bejn Gudja United u Balzan f’partita li spikka ħafna l-goalkeeper ta’ Gudja sabiex salva punt f’dak li huwa l-ħames draw staġjonali għal Gudja.

Wara 8 minuti logħob kien Leonardo da Silva li ttanta xortih kontra Spiteri, bil-goalkeeper joħrog rebbieħ, u jerġa jilqa l-freekick tal-istess Da Silva ftit minuti wara.

Eżatt wara tlett kwarti logħob, Justin Spiteri isalva tajjeb ix-xutt mill-viċin ta’ Marcus Griima, biż-żewġ timijiet jidħlu għal ħin tal-mistrieħ f’parità ta’ bla gowls.

Fil-bidu tat-tieni taqsima kien immiss lil Gudja li jattakkaw favur ir-riħ, u huma kkapitilizzaw fuq dan il-vantaġġ meta fetħu l-iskor permezz ta’ About Toure, li kkonverta l-penalty tiegħu li wasal mill-foul kommess fuq Neil Tabone minn Nikola Zerjal.

Is-sostitut Jake Grech kien il-protagonista fis-67 minuta meta wara bosta tentattivi lejn il-lasti ta’ Spiteri, Balzan rnexxielhom jiskorjaw l-ewwel gowl b’Grech jixħet ġewwa b’konklużjoni sempliċi li waslet minn l-ewwel tentattiv ta’ Da Silva salvat minn Spiteri.

Gudja wettqu reazzjoni meta fit-78 minuta, reġgħu marru fil-vantaġġ b’xutt veloċi ta’ Matias Muchardi mis-suġġeriment tal-ewwel skorer Toure.

Wara bosta tentattivi li jiskorja, Leonardo Da Silva fl-aħħar irnexxielu jegħleb lil Spiteri meta skorja l-penalty tiegħu li wasal mill-foul ta’ Melo fu Awosanya fil-kaxxa.

Fil-ħin miżjud, Balzan spiċċaw b’għaxra min-nies wara li tkeċċa momcilo raso b’karta ħamra diretta.