Andrè Muscat
SLIEMA WANDERERS………. 0
FLORIANA………………………… 2
Sliema Wanderers: R. Al Tumi, J. Borg, M. Minala, V. Plut (K. Abubakar 70’), M. Beerman (J. Engerer 77’), G. Alcino, D. Kouao (J. Friggieri 88’), J. Adukor, H. Freire Bernardo, E. Acheampong, S. Gomes Da Mata (L. Micallef 70’)
Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend (K. Nwoko 69’), O. El Hasni, U. Arias, K. Reid (A. Garzia 87’), M. Nogureira (M. Veselji 69’), D. Vella, O. Spiteri, N. Garcia, M. Valadzko, A. Kouro (L. Zammit 90’)
Skorjaw: K. Reid 70’ (F), O. Spiteri 75’ (F)
Imwissija: E. Acheampong 33’ (SW), El Hasni 45’ (F), U. Arias 63’ (F),
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella u Mark Ciantar
BOV Plejer tal-Logħba: Kemar Reid (F)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Kemar Reid (F)
Fl-istadium Nazzjonali, Floriana komplew fejn ħallew qabel il-waqfa Internazzjonali u ħadu t-tlett punti fid-derby l-antik kontra Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0.
Wara ftuħ bilanċjat bejn iż-żewġ timijiet, il-Wanderers resqu viċin li jiftħu l-iskor tal-partita, b’Gomes jipprova xutt minn barra l-kaxxa bil-ballun jgħaddi ftit barra minn mal-wieqfa.
Fl-24 minuta naraw l-ewwel azzjoni tal-Furjaniżi meta minn pożizzjoni angolata il-plejer internazzjonali Malti Adam Magri Overend ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit barra.
Man-nofs siegħa logħob Sliema jfallu ċans tad-deheb meta Adukor tefa’ kross fin-nofs lejn Plut b’dan tal-aħħar jixxutja barra. Minuta wara Floriana ngħataw penalty meta Kouao tas-Sliema waqa’ lil Nogureira fil-kaxxa l-kbira, kien Arias li nkariga ruħu mill-11-il metru, b’dan ta’ l-aħħar ra t-tentativ tiegħu jaħbat mal-wieqfa, biex l-iskor baqa’ 0-0.
Fl-34 minuta kienu Sliema li reġgħu resqu viċin li jiskurjaw, meta Adukor b’azzjoni personali qabeż diversi plejers ta’ Floriana bil-plejer mill-Ghana jipprova xutt minn barra l-kaxxa l-kbira fejn l-istess xutt jgħaddi ftit barra.
Fil-45 minuta kienu l-Greens li kellhom ċans tad-deheb ieħor b’Arias minn pożizzjoni angolata jipprova xutt b’Al Tumi jevita l-periklu tajjeb.
F’logħba mill-aktar bilanċjata mat-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima minn Ishmael Barbara, it-timijiet rispettivi daħlu jistrieħu f’parità ta’ 0-0.
L-ewwel azzjoni ta’ tieni taqsima tasal minn saqajn Gomes tas-Sliema fil-61 minuta meta ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa salvat minn Kitanov ta’ Floriana.
Floriana jiftħu l-iskor fis-70 minuta mill-aqwa skorer tagħhom u tal-kampjonat Kemar Reid, meta Nwoko li kien għadu dieħel żmarka lill-istess Reid li dan tal-aħħar waħdu quddiem Al Tumi ma jfallix u tefa’ lil partitarji preżenti f’dilirju ta’ ferħ.
Il-Greens jagħmlu l-iskor 2-0 fil-75 minuta, meta Owen Spiteri bir-ras jixħet wara Al Tumi wara li rċieva kross minn korner mogħti minn Arias. Floriana baqaw jikontrollaw l-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita, biex mat-tisfira finali ta’ Barbara ħarġu mill-grawnd bit-tlett punti.
B’din ir-rebħa l-Furjaniżi żammew posthom f’ras il-klassifika u telaw b’20 punt biex b’hekk baqaw mhux megħluba matul dan l-istaġun, filwaqt li Sliema għal kemm ħarġu b’idhom f’idhom minn din il-partita, komplew juru logħob mill-isbaħ u li jistaw ikunu ta’ sfida għal kull tim fil-kampjonat.
(RITRATT: JOSEPH GALEA)
//= $special ?>