MARSAXLOKK …………………………………...…0
ĦAMRUN SPARTANS …………..……….………1
Marsaxlokk: M.Drobnjak, W.Soares, N.Muscat, Y.Messias, D. Bonnici, J. Walker (S.Boakye 68’), A. Vaikainah, L. Aguirre, R.Scicluna, S. Akinbule, F.Junior
Marsaxlokk: F.Marchetti, S. Borg, L.Montebello (Y.Nenov 79’), J.Mbong, R. Prsa, E.Freitas, U.Duranovic, O. Bjelicic, S. Paintstil (Jonny 61’), E.Marcelina, R.Camenzuli
Skorjaw: L.Montebello 41’ (Ħ)
Referee: Andrea Scriha
BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello (Ħ)
F’partita ddominata minn temp xejn favorevoli, b’ riħ qawwi immens, Ħamrun ma sabuhiex faċli biex jegħlbu lil Marsaxlokk bl-iskor finali jkun ta’ 1-0.
Rebħa kruċjali għal Ħamrun Spartans li żammew il-pass ma’ Floriana fil-quċċata tal-klassifka, biż-żewġ timijiet ikunu fuq 20 punt wara 8 partiti.
Marsaxlokk kienu ġejjien minn rebħa importanti fuq Birkirkara, u b’ bidu tajjeb fil-kampjonat huma kellhhom prestazzjoni tajba minkejja t-telfa.
L-ewwel azzjoni waslet mid-difensur laterali Ryan Camenzuli b’xutt mill-bogħod li kważi ħasad il-goalkeeper Xlukkajr Drobnajk.
Fil-41 minuta Ħamrun marru fil-vantaġġ wara ħafna mill-partita ntlagħbet f’nofs il-ground, Luke Montebello deher jitwaqqa fil-kaxxa minn Soares bir-referee Scriha jsaffar penalty. Kien l-istess Montebello li nkariga ruħu u għeleb lil Drobnajk.
Ħamrun daħlu għal ħin tal-mistrieħ b’vantaġġ minimu ta’ 1-0, b’Montebello jkun l-eroj tal-Ħamruniżi.
Fit-68 minuta Ryan Camenzuli b’ċans ieħor li jiskorja din id-darba mill-pass ta’ Montebello, bid-difensur jitfa’ barra minkejja li żmarka ruħu tajjeb.
Għaxar minuti wara Ħamrun reġgħu kienu viċin li jiskorjaw meta minn żball ta’ Vaikainah, Duranovic seraq il-ballun u qabeż anka lill-goalkeeper, madankollu ma rnexxielux jikkonkludi f’xibka vojta.
Il-partita ntemmet 1-0 bil-gowl ta’ Luke Montebello fl-41 minuta jiddetermina l-partita.
(RITRATT: JOSEPH GALEA)
//= $special ?>