Lokali Mużika

Jitħabbru t-12-il finalista tal-Malta Eurovision Song Contest

Ilbieraħ filgħaxija saru magħrufa t-tnax-il finalista tal-Malta Eurovision Song Contest.

Il-finalisti tħabbru waqt programm li xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali wara li fl-aħħar ġimgħat instemgħu l-kanzunetti kollha tas-36 semifinalist.

Fl-għażla tal-finalisti, il-voti tal-pubbliku żdiedu ma’ dawk tal-ġurija esperta.

Issa dawn it-tnax-il finalista se jkunu qed jingħataw €5,000 kull wieħed biex jipproduċu l-music video tagħhom. Fejn imbagħad, fil-ġimgħat li ġejjin jieħdu sehem fl-aħħar fażi ta’ dan il-konkors li jwassal biex tintgħażel il-kanzunetta li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Malmo, l-Iżvezja bejn is-7 u l-11 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla.

Din hija l-lista tal-finalisti magħżula:

Miriana Conte – Venom

Sarah Bonnici – Loop

Greta Tude – Topic (Bla Bla)

Janvil – Man

Haley Azzopardi – Tell Me That It’s Over

Ryan Hili – Karma

Erba’ – Sirena

Nathan – Ghost

Denise – Mara

Matt Blxck – Banana

Gail Attard – Wild Card

Lisa Gauchi – Breathe