“Kont lest li nirreżenja kieku l-abort daħal fil-liġi ta’ pajjiżna tant li kont qed nipprepara għal din l-eventwalità.”
Hekk iddikjara l-President ta’ Malta George Vella waqt li kien intervistat fuq il-programm Andrew Azzopardi on RTK103. Huwa qal li għamel ċert sabiex ix-xogħol infrastrutturali li kien qed jagħmel fir-residenza tiegħu jitlesta immedjatament.
Mistoqsi dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis f’Malta l-President George Vella wera tħassib kbir għaliex kien konxju li eluf ta’ nies xorta waħda kienu qed jagħmlu użu mill-kannabis. Kien għalhekk li ffirma għal din il-liġi.
Apparti minn hekk, George Vella kkundanna l-azzjonijiet taż-żewġ partijiet fil-gwerra li għaddejja f’Gaza. Huwa enfasizza li l-paċi mhux se jintlaħaq, jekk id-drittijiet ta’ dawk involuti mhux se jkunu garantiti.