Bejn illum u nhar it-Tnejn jintlagħbu numru ta’ partiti nteressanti mis-Serie A. Tispikka l-partita ta’ għada fil-Juventus Stadium, dik bejn Juventus u Inter. Żewġ punti jifirdu ż-żewġ timijiet fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika, b’rebħa għal Inter tfisser li jkomplu jkabbru l-vantaġġ fuq l-istess Juventus filwaqt li rebħa għal dawn tal-aħħar ifisser li jitilgħu fl-ewwel post.
Illejla f’Bergamo Atalanta jilqgħu lil Napoli f’partita oħra nteressanti filwaqt li fi Stadio San Siro, Milan jilagħbu kontra Fiorentina biż-żewġ timijiet jinsabu tliet postijiet bogħod minn xulxin.
Lazio jmorru jilagħbu għand Salernitana filwaqt li Roma jilqgħu lil Udinese.
Serie A – Illum: Salernitana v Lazio 3.00pm, Atalanta v Napoli 6.00pm, Milan v Fiorentina 8.45pm Għada: Cagliari v Monza 12.30pm, Empoli v Sassuolo 3.00pm, Frosinone v Genoa 3.00pm, Roma v Udinese 6.00pm, Juventus v Inter 8.45pm It-Tnejn: Verona v Lecce 6.30pm, Bologna v Torino 8.45pm
//= $special ?>