Sitwazzjoni tal-biki u mill-aktar serja hekk kif familja residenti l-Imġarr ilhom minn nhar l-Erbgħa jappellaw lill-awtoritajiet sabiex jintervjenu għal din il-problema hekk kif il-garaxx jinsab mgħarraq fid-drenaġġ.
Net News tkellem mal-familja fejn sostnew li wara l-maltemp tal-Erbgħa bix-xita bla waqfien Infrastructure Malta qaltilhom li jistgħu jirranġaw it-Tnejn illi ġej. Huma saħqu li huwa inaċċettabbli li ilhom għal jiem sħaħ jgħixu f’din is-sitwazzjoni b’din il-problema tiżviluppa kaġun ta’ ħsarat taħt it-triq.
Minn naħa l-oħra s-Sindku tal-Imġarr għamel dak kollu possibbli sabiex l-appell tal-familja tingħata widen.
Ritratti juru s-sitwazzjoni mill-aktar serja li jinsab fiha dan il-garaxx.

