Futbol Sport

Tispikka l-partita fl-Etihad Stadium

Fis-1.30pm, fl-Etihad Stadium Manchester City jilqgħu lil Liverpool fl-aktar partita li tispikka mit-13-il ġurnata fil-Premier League. Manchester City jinsabu fl-ewwel post bi 28 punt, warajhom isegwu Liverpool u Arsenal b’27 punt. Din il-partita fl-aħħar snin kienet determinanti għar-rebħ tal-Kampjonat hekk kif iż-żewġ timijiet taw sfida lil xulxin.

Newcastle jilqgħu lil Chelsea, bil-Blues jidher li sabu xi ftit saqajhom taħt it-tmexxija ta’ Mauricio Pochettino bl-aħħar partita tagħhom tintemm fi draw spettakolari ta’ 4-4. Newcastle minn naħa tagħhom jidher li qed ikunu xi ftit inkonsistenti dan l-istaġun possibilment minħabba l-impenji tagħhom fl-Ewropa.

Fil-Gtech Community Stadium, Brentford jilqgħu lil Arsenal, b’dawn tal-aħħar se jkunu qed jittamaw li jiksbu rebħa sabiex iżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuqhom.

Għada mbagħad żewġ partiti nterresanti hekk kif f’Villa Park, Tottenham jilqgħu lil Aston Villa, filwaqt li Manchester United jilagħbu barra minn darhom għand Everton.

Premier League – Illum: Man City v Liverpool 1.30pm, Burnley v West Ham 4.00pm, Luton v C. Palace 4.00pm, Newcastle v Chelsea 4.00pm, Nott. Forest v Brighton 4.00pm, Sheff Utd v B’Mouth 4.00pm, Brentford v Arsenal 6.30pm Għada: Tottenham v Aston Villa 3.00pm, Everton v Man Utd 5.30pm It-Tnejn: Fulham v Wolves 9.00pm