Ekonomija Kummerċ Lokali

Tnaqqis għal diversi negozji fil-bejgħ marbut mal-Black Friday

Il-Kamra tal-SMEs kellha rapporti mħallta dwar kif mar in-negozju tal-Black Friday fejn minkejja li xi negozji rrappurtaw riżultati pożittivi – ħafna oħrajn irrapportaw tnaqqis fil-bejgħ meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

Is-setturi l-aktar assoċjati mal-kummerċ tal-Black Friday, bħall-elettronika u appliances irrapportaw l-aħjar riżultati fil-Black Friday, bil-biċċa l-kbira tagħhom jippromwovi l-offerti matul ix-xahar kollu ta’ Novembru.

Madankollu l-prestazzjoni tal-Black Friday tiddependi wkoll fuq il-lokalitajiet kollha, fejn uħud ġew affettwati ħażin, speċjalment dawk il-lokalitajiet bi proġetti infrastrutturali kbar għadhom għaddejjin bħal Mosta.

It-temp kien fattur ieħor li kellu mpatt fuq ix-xiri f’ċerti lokalitajiet, filwaqt li kumplessi kummerċjali madwar Malta u Għawdex rrappurtaw riżultati pożittivi matul il-ġurnata, b’pass qawwi jibda minn
sigħat bikrin.

Ta’ min jinnota wkoll li l-offerti estiżi matul ix-xahar ta’ Novembru ħadmu b’mod pożittiv kemm għall-klijenti kif ukoll għan-negozji. Il-Kamra Maltija tal-SMEs tinnota li l-Black Friday reġgħet uriet li huwa
wieħed mill-aktar perjodi importanti għan-negozju matul is-sena