Lokali

Żagħżugħ iweġġà gravi wara inċident bejn karozza u mutur f’Santa Venera

Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Birkirkara weġġà gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur f’Santa Venera.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tal-10:30 fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq miż-żagħżugħ u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Santa Venera stess.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.