Illum fil-5.15 pm fuq Net Television jixxandar is-seba’ programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-programm it-tema ewlenija se tkun il-powerlifting u s-success miksub mill-atleta Caylee Attard li rebħet il-midalja tad-deheb fl-All Squat fil-European Sub Junior and Junior Classic Powelifting Championships li saru f’Budapest l-Ungerija. Fl-istess programm mistieden ukoll il-kowc Ian Tonna li ħa ħsieb il-preparazzjoni fiżika u teknika ta’ Caylee Attard.
Fit-tieni parti tal-programm enfażi fuq l-aħħar Kampjonati tal-Ewropa tal-Blackball li saru hawn Malta .Mistieden Philip Gatt, president tal-Malta Blackball Federation li kien ukoll elett vici President tal-European Blackball Association.
Fil-programm ħarsa dwar l-aħbarijiet ewlenin li seħħew matul din il-ġimgħa.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.
//= $special ?>