L-MUT tgħid li ilha tiddjaloga 11-il xahar – Abela jiddiskrivi l-istrajk bħala militanti
“Dak li hu mwiegħed lill-edukaturi mill-Gvern irid jingħata”
Sostniet dan l-Union tal-Għalliema ma’ Net News ftit tal-mumenti wara li l-Prim Ministru Robert Abela attakka l-azzjonijiet industrijali tal-MUT matul attività politika fil-Marsa fejn insista li s-soluzzjonijiet ma jinstabux bl-azzjonijiet industrijali u bil-militantiżmu.
B’reazzjoni għal dan id-diskors, l-MUT saħqet ma’ Net News li l-interess tal-MUT f’din Il- kwistjoni hu biss dak li ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi. L-Union spjegat li dan qed tagħmlu b’kull mod iżda meta t-taħdidiet ifallu jkollhom jintużaw l-azzjonijiet.
L-MUT insistiet li żgur ma’ tistax tiġi akkużata li ma tippruvax tiddjaloga meta ilha tiddjaloga mal-Gvern ħdax il-xahar u saħansitra avżat bl-istrajk aktar minn ħmistax il-ġurnata ilu.
Hija temmet tgħid li dak li hu mwiegħed lill-edukaturi mill-Gvern irid jingħata.
Intant, minkejja l-urġenza tas-sitwazzjoni u s-serjetà fis-settur tiegħu, matul din l-attività politika…il-Labour ma tax l-opportunita li l-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima jiċċara l-affarijiet preżenti u minflok għażlu biex il-Mexxej Robert Abela jinfexx jattakka lill-MUT.
//= $special ?>